Tfaqqas l-ewwel bejta tal-fkieren

Bejta ta’ fkieren li nstabet f’Ġunju tfaqqset b’suċċess, u 79 fekruna żgħar tħallew lura fil-baħar

Is-sajf beda b’aħbar pożittiva għall-konservazzjoni tal-fkieren f’Malta, hekk kif l-ewwel bejta tal-istaġun tfaqset t b’suċċess, u 79 fekruna ġew rilaxxati lura lejn il-baħar.

Il-ħaddiema ta’ Nature Trust Malta flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fetħu l-bejta nhar il-Ħamis biex jiżguraw li l-fkieren kollha kienu ħarġu. 

F’post fuq Facebook, l-ERA qalet: “Is-suċċess ta' din il-bejta jimmarka l-bidu ta' dak li nittamaw se jkunu sensiela ta' avvenimenti simili..”

 

More in Socjali