X’qed jiġri wara l-bibien tal-isptar? Aqsam l-istorja tiegħek

Qegħdin infittxu stejjer reali minn pazjenti u l-familji tagħhom dwar l-esperjenzi tal-kura fl-isptar - kif qed jiġu ttrattati? X’inhuma l-isfidi, il-komunikazzjoni, u r-relazzjoni mal-istaff mediku? Ibgħat l-esperjenza tiegħek

Qed inħejji investigazzjoni ġdida dwar ir-relazzjoni bejn il-pazjenti, il-familji tagħhom u l-istaff mediku fl-isptarijiet f’Malta. L-iskop huwa li nifhmu aħjar l-esperjenzi li jgħaddu minnhom il-pazjenti u qrabathom matul il-kura – kemm fi ħinijiet ta’ kriżi kif ukoll fil-mumenti ta’ komunikazzjoni, deċiżjonijiet mediċi u koordinazzjoni ta’ trattament.

Jekk kellek xi esperjenza personali bħala pazjent, jew kont qrib ta’ xi ħadd li ġie rikoverat jew trattat fl-isptar, u tixtieq taqsam dak li għaddejt minnu, tista’ tibgħat l-informazzjoni tiegħek lili, Jaelle Borg,  b’mod kunfidenzjali fuq [email protected].

More in Socjali