Iħallina t-Trejdjunjonista veteran Michael Seychell fl-eta’ ta’ 85 sena

Seychell jibqa’ imfakkar għad-dedikazzjoni tiegħu għall-moviment tal-ħaddiema

Il-mibki Michael Seychell (Ritratt: Peter Seychell/Facebook)
Il-mibki Michael Seychell (Ritratt: Peter Seychell/Facebook)

Michael Seychell, figura prominenti fil-moviment tat-trade unions f’Malta għall-biċċa l-kbira tas-seklu 20, miet nhar l-Erbgħa filgħaxija fl-eta’ ta’ 85 sena.

It-tifel ta’ Seychell, Peter, ħabbar dan fuq il-pjattaforma soċjali ta’ Facebook, fejn qal ukoll li l-funeral ħa jsir il-Ġimgħa filgħodu fil-Knisja tan-Naxxar.

Mwieled Bormla nhar it-3 ta’ Frar, Seychell beda jaħdem id-dockyard bħala apprentist qabel ma beda jipprogressa fil-General Workers’ Union. Hu ġie elett assistent segretarju tas-sezzjoni tal-ħaddieda fl-1967 u aktar tard kien jieħu ħsieb is-sezzjoni tal-kostruzzjoni u xogħol fl-injam bejn l-1970 u l-1971.

Fl-1971, hu rritorna fis-sezzjoni tal-ħaddieda bħala segretarju, pożizzjoni li huwa żamm sal-1977. Hu kien imbagħad irreżenja wara inkorporazzjoni kontroversjali bejn l-GWU u l-Partit Laburista.

Seychell kellu rwol fil-boards ta’ ħafna entitajiet kemm privati u kemm tal-istat inkluż fid-Dockyard Corporation, Malta Drydocks, Union Press, Meedelech Switchgear Ltd u Metalfond Ltd. Bejn l-1992 u l-1995, hu kien iċ-chairmen tal-Public TRansport Authority, il-predeċessur tat-Transport Malta.

More in Socjali