Ilma kkontaminat fil-bajja Font Għadir, Tas-Sliema

Id-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali jwissi n-nies sabiex ma jgħumux f'dawn in-naħat għalissa

Iż-żona affettwata (Ritratt: Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali)
Iż-żona affettwata (Ritratt: Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali)

Id-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali jwissi n-nies sabiex ma jgħumux fl-inħawi ta' Font Għadir, Triq it-Torri f'Tas-Sliema.

Id-Direttorat qal fi stqarrija ili huma ma jirrakkomandawx li n-nies jgħumu f'din il-bajja minħabba ilma kontaminat minn storm water culvert. Huma qalu li dan affettwa il-kwalita' tal-ilma b'mod negattiv u huwa ta' riskju għas-saħħa ta' min jgħum hemm hekk.

Tabelli twaħlu fuq is-sit sabiex jindikaw dan. Meta l-kwalita' tiġi restawrata għal-livelli li mhumiex ta' periklu, dawn it-tabelli jitneħħew u toħroġ notifika.

Uffiċjali qed jinvestigaw is-sors tal-kontaminazzjoni kif ukoll it-tul tal-kontaminazzjoni.

More in Socjali