Pittura taqa’ fl-art fil-knisja ta' Ħal Balzan matul il-lejl

Pittura waqgħet fl-art matul il-lejl fil-Knisja ta' Ħal Balzan -  Il-kappillan qal li se jibda eżami urġenti tal-pitturi kollha fil-knisja biex jiġi evitat periklu ieħor

Ritratt: Paroċċa Ħal Balzan
Ritratt: Paroċċa Ħal Balzan

X’ħin infetħet il-knisja ta' Ħal Balzan dalgħodu, instabet pittura kbira fl-art wara li kienet waqgħet matul il-lejl. L-inċident seħħ barra l-ħinijiet tal-quddies u fortunatament ma kien hemm ħadd fil-viċin li seta’ weġġa’.

Il-kappillan tal-parroċċa, f’kummenti li ta lill-din il-gazzetta, qal li: “Weqgħet billejl – se jsir proġett biex neżaminaw kullimkien.” Huwa kkonferma wkoll li l-proċess biex jiġu eżaminati u evalwati l-pitturi kollha l-oħra fil-knisja se jibda immedjatament biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-fidili u jiġu preservati dawn l-opri ta’ valur storiku u reliġjuż.

“Se naraw x’għandu jsir b’mod professjonali" qal il-kappillan. 

 

More in Socjali