Raġel ta’ 61 sena residenti l-Imqabba ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ minn madwar sular għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq sellum f’bitħa ta’ residenza privata.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:00 a.m. fi Triq Santa Mansweta, Ħal Lija.
Tim mediku wasal immedjatament fuq il-post u ta l-assistenza meħtieġa fuq il-lokal. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn iktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serja.
Il-Pulizija kkonfermat li l-investigazzjonijiet dwar l-inċident għadhom għaddejjin, u qed isiru wkoll mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) kif ukoll mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), sabiex jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi eżatti ta’ dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol u mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.