Donald Trump, il-President Amerikan, ħabbar fuq Truth social, il-midja soċjali tiegħu, li kien ordna lid-Dipartiment tal-Kummerċ Amerikan biex iniedi serje ta’ tariffi biex jipproteġi l-industrija Amerikana. Trump, magħruf għall-istil erratiku tiegħu, qal li l-fatt li ħafna produzzjonijiet Amerikani qed jaħdmu barra mill-Amerka għax jibbenefikaw minn inċentivi fiskali u ta’ taxxa hija tħeddida għas-sigurtà nazzjonali.
Din l-aħbar wasslet biex tinkwieta bil-kbir lill-Gvern Malti li jaf li jekk il-proposta ta’ Trump issir realtà tista’ tkun il-bidu tat-tmiem għall-industrija tal-films. Skont rivisti Amerikani l-industrija tal-films ġewwa California, propjament ġewwa Los Angeles, l-operat naqas bi 30 fil-mija fuq medda ta’ ħames snin.
Min-naħa l-oħra, jekk kumpaniji tal-films ma joperawx barra l-pajjiż, huwa ċert li l-prezz biex jiġi kkreat film ħa jżid bil-bosta. Tant hu hekk, li kien hemm bosta producers li qalu hekk.
Imma mhuwiex biss Trump li qed jinkwieta għall-industrija tal-films. Il-Gvernatur tal-California Newsom, f’rispons għal proposta tat-tariffa fuq il-films, ippropona li l-Gvern Amerikan joffri inċentivi fiskali ta’ 750 biljun dollaru lill-kumpaniji tal-films biex dawn jaħdmu mill-Amerika.
Ftit li xejn kien hemm kummenti min-naħa tal-Gvern dwar l-impatt ta’ dawn it-tariffi, imma li huwa żgur li l-ħafna ftaħir dwar kif din l-industrija kibret tista’ tgħosfor hekk kif l-iktar persuna b’saħħa fid-dinja jkompli għaddej bil-pjanijiet tiegħu biex jagħmel ‘America great again’ a skapitu tad-dinja kollha.