Avviż mid-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali
L-imsemmi prodott ma għandux jiġi jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ addittiv ta’ l-ikel

More in Socjali
L-imsemmi prodott ma għandux jiġi jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ addittiv ta’ l-ikel
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara ilment li rċieva mingħand konsumatur u wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, inkluż it-teħid ta’ diversi kampjuni, l-imsemmi prodott ma għandux jiġi jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ addittiv ta’ l-ikel (Kulur E110 – Sunset Yellow).
Deskrizzjoni tal-prodott: |
Carbonated Soft Drink |
Isem tal-prodott: |
Fanta Orange Flavoured Drink |
Data tad-durabilita`: |
24.09.2025 |
Lott: |
P240924AF15 |
Piż: |
33cl |
Origini: |
Nigeria |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.