Madwar 19-il vettura ġdida tiġi rreġistrata kuljum

Sa l-aħħar ta’ Marzu, kien hemm 4,924-il vettura ġdida rreġistrata, bil-maġġoranza tagħhom kienu karozzi

Statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-iStatistika turi li sal-aħħar ta’ Marzu, kien hawn 447,455 vetturi fit-toroq Maltin. Żieda ta’ 4,924 minn Diċembru tal-2024.

Il-maġġoranza tal-vetturi ġodda rreġistrati – 3,112 jew 63.2% - kienu karozzi li jaħdmu b’magna tal-petrol jew diesel. Warajhom hemm il-muturi/roti tad-dawl/PA-bikes, li ammontaw għall-20.3%, jew 1,000 minnhom. 

2,526 minn dawn l-4,924 inxtraw ġodda. 1,283 minn dawn l-2,526 kienu karozzi u 915 minn dawn l-2,526 kienu muturi/roti tad-dawl/PA-bikes.

2,398 minn l-4,924 li ġew irreġistrati huma vetturi użati. Bl-ikbar ammont ta’ vetturi rreġistrati użati huma l-karozzi b’1,829 u t-tieni l-ikbar ammont huwa ta’ vetturi tal-merkanzija b’374.

260,127 tal-vetturi fit-triq, iġifieri 58.1%, għandhom magna tal-petrol filwaqt li kien hemm 155,952 magni tad-diesel, iġifieri 34.9%. Vetturi hybrid jammontaw għall-4.1%, iġifieri 18,519 il-vettura.

Iċ-ċifri juru li 6,709-il vettura kellhom xi tip ta’ restrizzjoni fuqhom, għal xi raġuni jew oħra. Kien hemm 1,533-il vettura li ġew skreppjati u 2,944 oħra li qegħdin ġol-garaxx biss. Kien hemm ukoll 26-il vettura li kellhom xi tip ta’ restrizzjoni oħra, eżempju ħaduha l-pulizija.

More in Socjali