Ħafna mill-kardinali ġew mitluba jaħmlu indirizz fil-Pre-Konklavi li seħħ, mument importanti għall-għażla tal-Papa l-ġdid.
Wara l-mewt tal-Papa Emeritus Franġisku, ġie kkonfermat li l-konklavi ħa jibda nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju. Il-konklavi ħa sseħ fil-Kapella Sistina, li diġa ingħalqet għall-pubbliku.
Sabiex jintagħżel Papa ġdid, irrid ikun hemm maġġorita’ ta’ żewġ terzi mill-kardinal preżenti. Mill-252 Kardinal, 135 huma eliġibbli sabiex jivvutaw. Jekk jintagħżel Papa ġdid bl-ammont neċessarju, iċ-ċimnija toħroġ duħħan abjad. Jekk ma jkunx hemm qbil, joħroġ duħħan iswed.
Ħadd ma jista jkun ċert kemm ħa jdum il-konklavi. L-iqsar konklavi kien dak tal-1939 fejn il-Kardinal Eugenio Pacelli ntgħażel wara t-tielet votazzjoni, waqt li l-itwal konklavi damet kważi tliet snin.
Fost il-Kardinali ppreferuti sabiex jilħqu Papa hemm il-Kardinal Taljan Pietro Parolin li kien kritiku fuq il-legalizzazzjoni taż-żwieġ omosesswali. Hemm ukoll il-Kardinal Luis Antonion Gokim Tagle mill-Filippini li għandu l-istess simpatija lejn l-imigranti bħal Franġisku.