Ir-rata ta' attività fis-suq tax-xogħol kienet 81.4% fl-aħħar kwart ta' 2023

64.4% tal-popolazzjoni hija impejta, filwaqt li (1.9%) hija qiegħda u 33.7% mhijiex attiva fis-suq tax-xogħol 

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), jidher li fir-raba’ kwart tal-2023 in-numru ta' impjiegi kien ilaħħaq 305,218 jew 64.4% tal-popolazzjoni fl-età taʼ 15-il sena u aktar (15+).

Mill-banda l-oħra, l-ammont taʼ persuni qiegħda kien jammonta għal 8,928 (1.9%), filwaqt li n-numru taʼ persuni mhux attivi fis-suq tax-xogħol kien taʼ 159,620 (33.7%). 

Ir-rata tal-attività fis-suq tax-xogħol fl-aħħar kwart tal-2023 kienet taʼ 81.4%, bl-ogħla rata tkun fost il-persuni fl-età taʼ bejn il-25 u l-54 sena (90.9%).

Bħala medja, 79 persuna minn kull 100 fl-età bejn il-15 u l-64 sena kienu qegħdin jaħdmu. 

Għall-irġiel, ir-rata tax-xogħol kienet taʼ 85.5%, filwaqt li għan-nisa din kienet taʼ 71.4%.

 L-akbar sehem taʼ persuni jaħdmu kien qalb in-nies fl-età bejn il-25 u l-34 sena, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. 

Dawk li jaħdmu għal rashom kienu jammontaw għal 14.4% tan-nies kollha bʼimpjieg ewlieni.

Dawk li jaħdmu full time għal rashom kienu jgħoddu 268,640, filwaqt li 36,578 oħra kellhom impjieg part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom.

L-istatistika turi li bħala medja, il-persuni full-time ħadmu 41.1 siegħa, filwaqt li dawk part-time ħadmu 22.2 siegħa fil-ġimgħa. 

Fir-raba’ kwart tal-2023, is-salarju bażiku medju fix-xahar tal-impjegati kien stmat taʼ €1,837. L-ogħla salarju bażiku kien irreġistrat fil-qasam tal-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (Tabella nru 9). Is-salarji medji fix-xahar varjaw minn €1,120 fost persuni impjegati fʼxogħlijiet elementari għall-€2,959 fost il-maniġers. 

Rata ta’ qagħad

L-akbar għadd taʼ persuni qiegħda kien fost dawk ta’ bejn bejn il-25 u l-74 sena. 

In-nisa kienu jifformaw 59.1% tan-nies kollha li ma kinux attivi fis-suq tax-xogħol u dawk ʼl fuq minn 65 sena kienu jirrapreżentaw l-akbar għadd taʼ nies mhux attivi minħabba li tkun intlaħqet l-età tal-irtirar jew minħabba li l-persuni jkunu rtiraw qabel iż-żmien (43.3%).

More in Socjali