Bini ġdid mistenni li jieħu 20,400sq.m ta' Manoel Island

Fl-2021 ġew approvati aktar minn 300 appartament, l-ispazji pubbliċi se jonqsu b'5,000sq.m  iżda dawk miftuħa se jiżdiedu

Huwa mistenni jiġu approvati binjiet ta’ 20,400sq.m mill-Awtorità tal-Ippjanar f’Manoel Island. 

Dan ifisser li l-bini l-ġdid tal-MIDI issa se jieħu 7.3% tal-gżira, iktar minn 6% jew 16,553sq.m tal-pjanijiet ta’ tliet snin ilu.

Oriġinarjament il-PA ħarġet outline permit għall-proġett kollu tal-MIDI f’Tigné u Manoel Island li jmur lura għall-1999. Dan il-permess kien ippreveda żvilupp fuq skala saħansitra akbar. 

Fl-2021 ġie approvat masterplan imnaqqas iżda t-tqassim tal-proġett reġa' nbidel wara skoperti arkeoloġiċi, prinċipalment relatati ma' ċimiterji qodma.

Minkejja li l-aħħar pjanijiet eskludew żvilupp fuq żoni arkeoloġiċi, xorta waħda jipprevedu żieda konsiderevoli ta’ 10,125sq.m fiż-żona tal-art tal-appartamenti meta mqabbla mal-masterplan.

Iż-żieda f’postijiet residenzjali qed tinkiseb billi titnaqqas l-art ta’ ħwienet u ristoranti għal 4,600sq.m.

L-ispazji pubbliċi wkoll se jonqsu b'5,000 sq.m, iżda dawk miftuħa u privati se jiżdiedu f'komunità maħluqa ta’ 12,500 sq.m, iċċirkondati mill-bini. 

Fl-2021 ġew approvati aktar minn 300 appartament li se jinbnew fi tliet blokkok kbar. 

Il-proġett se jinkludi 172,362sq.m ta’ spazji miftuħa, jew 62% tal-gżira. 

Dan se jinkludi 48,293sq.m ta’ pjazez u toroq pubbliċi, 9,388sq.m ta’ xatt, 12,658sq.m waterfront promenade, 10,678sq.m ta’ faċilitajiet sportivi, 78,481sq.m glacis park madwar Fort Manoel u 10,279sq.m ġnien.

L-akbar grupp ta’ appartamenti jikkonsisti 227 appartament, ogħli 25 metru ppjanat ‘il barra mill-dħul tal-pont. Dawn il-277 appartamenti se jinqasmu f’erba’ blokkok, minflok seba’ kif kien ippjanat qabel. Se jinkludu wkoll tmien stabbilimenti tal-catering.

Il-bini ta’ biswit l-Isptar Manoel se jiġi rrestawrat u mibdul f’ristorant, filwaqt li l-Kappella ta’ San Ġorġ se tinbidel f’lapidarium għall-ħażna u l-wiri ta’ fdalijiet arkitettoniċi rkuprati waqt l-evalwazzjoni arkeoloġika tas-sit.

82 unità residenzjali ta’ 26 metru huma ppjanati li jinbnew aktar 'l ġewwa u l-isptar li kien jintuża fi żmien il-pesta, se jinbidel f’stabbiliment tal-catering. 

14-il unità residenzjali se jkun ħdejn il-Manoel Destroyer Depot, u se jinkludi parkeġġ taħt taħt l-art, u clubhouse b’gym, pixxina, padel courts u stabbiliment ieħor tal-catering.

Se jkun hemm ukoll titjib fit-toroq prinċipali u ta’ spazji pubbliċi miftuħa inkluż “ġnien indiġenu” ta’ 10,000sq.m tat-triq storika Bovile kif ukoll il-ħolqien ta’ moll tal’ marina promenade u żoni oħra. 

More in Socjali