Robert Abela jawgura The Shoreline Mall fi Smart City

Dan il-kumpless ġdid fil-Kalkara jiġbor fih għadd ta’ ħwienet b’investiment ta’ €200 miljun

Il-Prim Ministru Robert Abela żar The Shoreline Mall għall-inawgurazzjoni tiegħu l-Ġimgħa. 

Dan il-kumpless ġdid fil-Kalkara jiġbor fih għadd ta’ ħwienet b’investiment ta’ €200 miljun.

The Shoreline huwa proġett fi SmartyCity li fih mhux biss stabbilimenti iżda anki postijiet għad-divertimenti tal-familji, fosthom it-tfal.

Abela nnota l-investiment li qed isir biex SmartyCity tingħata l-ħajja fosthom bil-kampus state-of-the-art tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Qal li rridu nsostnu l-investimenti b’approċċ bilanċjat anki favur is-sostenibbiltà. 

Hawn ħabbar kif il-Gvern fehem l-ħtieġa ta’ tisħiħ fl-infrastruttura tat-toroq lejn SmartCity iżda għaraf ukoll l-ħarsien ambjentali u huwa għalhekk li mill-proposta oriġinali ta’ qabel 2013, il-Gvern se jnaqqas b’żewġ terzi l-ammont ta’ art esproprjata biex ikun hemm il-link il-ġdida għal SmartCity li tilqa’ għall-volum ta’ viżitaturi. 

Il-pjan rivedut ifisser ukoll 80% inqas ta’ art privata esproprjata, ħafna minnha salvata hi art agrikola.

Qabel l-inawgurazzjoni, Abela żar il-kumpless fejn iltaqa’ ma’ ħaddiema u familji li kienu fuq il-post

More in Socjali