Skont it-tbassir tat-temp tal-Uffiċċju Meteoroloġiku, il-lejla it-temp huwa mbassar li se jkun bis-sħab u b’xi ħalbiet tax-xita.
It-tbassir tat-temp jindika wkoll li l-ħalbiet tax-xita se jkunu akkumpanjati minn ragħad u possibilment bis-silġ.
Ir-riħ huwa mistenni li jkun ħafif min-Nofsinhar u jdur moderat fil-Punent Majjistral.
Il-Ħadd, it-tbassir juri li għandna nistennew riħ li jitla sa forza 7 għal 8 b’xi ħalbiet tax-xita u anke ragħad.
L-għola temperatura għall-Ħadd se titla’ 16-il grad filwaqt li l-inqas temperatura se tilħaq 11-il grad.