Sa Settembru 2023 il-provvista tal-ħaddiema laħqet 278,677, żieda ta' 8.0%

FʼSettembru tal-2023, l-impjiegi full-time żdiedu bi 8.0%, filwaqt li dawk part-time bħala impjieg ewlieni żdiedu bi 3.5%

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) żvela tagħrif amministrattiv mogħti minn Jobsplus li juri li fi żmien sena, il-provvista tal-ħaddiema (esklużi l-part-timers) żdiedet bi 8.0% u laħqet 278,677. 

FʼSettembru tal-2023, l-akbar żewġ oqsma kienu l-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn u l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, meta mqabblin maʼ Settembru 2022.

Mill-istatistika irriżulta li x-xogħol full-time irreġistrat fis-settur privat telaʼ b’20,342 persuna għal 226,221. Min-naħa l-oħra, l-impjiegi fis-settur pubbliku żdiedu b’207 għal 51,452.

L-għadd taʼ nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time telaʼ bʼ726 meta mqabbel maʼ Settembru 2022, mentri l-għadd taʼ persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bi 19,823. 

L-istess statistika tri li l-irġiel li jaħdmu full-time żdiedu bi 8.4 fil-mija, filwaqt li n-nisa żdiedu bʼ7.3 fil-mija, fuq is-sena taʼ qabel.

Xogħol part-time rreġistrat

FʼSettembru tal-2023, l-impjiegi rreġistrati bħala part-time żdiedu bʼ6.3 fil-mija meta mqabblin mal-istess xahar tal-2022. L-oqsma li l-aktar wasslu għal din iż-żieda kienu l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi u s-settur tat-Trasport u l-ħażna. 

L-għadd taʼ nies li kellhom kemm impjieg part-time kif ukoll ieħor full-time laħqu il-41,134, żieda taʼ 8.7% meta mqabbel mal-istess xahar fl-2022.

Il-persuni li kellhom biss impjieg part-time kienu jammontaw għal 33,926, żieda taʼ 3.5% meta mqabblin mal-istess xahar fl-2022

More in Socjali