Gozo channel tħabbar skeda temporanja

Il-Gozo channel ħabbret skeda temporanja minħabba li l-vapur MV Nikolaos se tagħmel manutenzjoni skedata mill-15 ta' Frar sa 25 ta' Marzu

Gozo Channel ħabbret li l-MV Nikolaos se tagħmel manutenzjoni skedata, mill-Ħamis, 15 ta’ Frar sat-Tnejn, 25 ta’ Marzu, 2024.

Bħala riżultat, il-kumpanija se timplimenta skeda temporanja għall-bastimenti l-oħra kollha matul dan il-perjodu.

Passiġġieri li qed jippjanaw li jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex matul dan iż-żmien ġew avżati biex jagħtu ħarsa lejn l-iskeda temporanja, li se tkun disponibbli fuq il-websajt tal-Gozo Channel.

Għal aktar informazzjoni u biex wieħed jara l-iskeda temporanja, il-passiġġieri huma mħeġġa jżuru l-websajt tal-Gozo Channel fuq www.gozochannel.com jew jikkuntattjaw lill-kumpanija direttament fuq 22109000.

L-iskeda temporanja tal-Gozo channel
L-iskeda temporanja tal-Gozo channel

More in Socjali