Iffirmat ftehim għat-titjib fil-kundizzjonijiet għall-psikologi

Il-Gvern u l-Malta Chamber of Psychologists iffirmaw ftehim settorali sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-psikoloġija

Ġie iffirmat ftehim settorali bejn il-Gvern u l-Malta Chamber of Psychologists li bih ser ikunu qed jiġu mtejba l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-psikoloġija.

L-għan tas-servizz li jagħtu l-psikologi hu li joffru għajnuna olistika fil-benesseri tal-individwi. Il-psikologi għandhom l-irwol li jidentifikaw sfidi li persuna tkun għaddejja minnhom u tgħinhom jegħlbu uħud mill-isfidi li jkunu qed jiffaċċjaw. 

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, li kien preżenti għall-iffirmar tal-ftehim, spjega kif permezz ta’ dan il-ftehim ser jara titjib fil-kundizzjonijiet għal psikologi li jaħdmu mas-settur pubbliku li se jwassal għal titjib fis-servizz offrut lill-pubbliku.

Il-Ministru Abela qal kif dan il-ftehim ser ikompli jtejjeb is-servizz offrut f’pajjiżna, “Il-Gvern ser jibqa’ jaħdem u jiżgura li jkompli jinvesti f’dan is-settur li hu tant kruċjali għal bennesseri tal-individwu."

More in Socjali