Ġew irrappurtati medja ta’ 4 stupri fix-xahar fl-2023

Waqt mistoqsija parlamentari ġie żvelat li fl-2023 kien hemm 40 rapport relatat ma’ stupru f’Malta  

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta rreġistra 49 rapport ta’ stupru fl-2023. Dan stqarru l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri nhar l-Erbgħa waqt seduta parlamentari.  

Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ian Vassallo għamel din il-mistoqsija waqt seduta lill-Ministru għall-Intern wara li kien diġà staqsa l-istess mistoqsija fil-bidu tax-xahar.  

Dawn in-numri jammontaw għal kważi erba’ stupri fix-xahar, li huwa ammont pjuttost sinifikanti meta wieħed iqis il-popolazzjoni żgħira ta’ Malta.  

Inizjalment din l-istess mistoqsija ta’ kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ stupru kienet tressqet għall-ewwel darba f’Jannar, filwaqt li t-tweġiba ngħatat propju ġimgħat wara. 

Ta’ min jinnota wkoll li mhux l-istupri kollha huma rrappurtati lill-awtoritajiet minħabba numru ta’ fatturi soċjali u kulturali. 

More in Socjali