Ftehim kolletiv ġdid bejn id-Dar tal-Providenza u GWU

Il-ftehim kolletiv il-ġdid ikopri mill-2024 sal-2026. Il-ftehim jipprovdi kundizzjonijiet aħjar tal‑impjiegi tal‑impjegati kollha, kif ukoll struttura ġdida tal‑gradi kollha u opportunitajiet ta’ promozzjonijiet.

Id-Dar tal-Providenza u l-General Workers' Union (GWU) iffirmaw Ftehim Kollettiv ġdid li jkopri mill-2024 sal-2026.

 Il-ftehim jiffoka fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, iż-żieda fis-salarji, u r-rinfurzar tal-miżuri favur il-familji għall-289 impjegat tal-Id- Dar tal-Providenza.

Il-qasis Martin Micallef li huwa d-Direttur tal-Id-Dar tal-Providenza, u Riccarda Darmanin, is-Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi, u Servizzi tal-GWU; mexxew iċ-ċerimonja tal-iffirmar.

L-isforz kollaborattiv għandu l-għan li joħloq ambjent tax-xogħol pożittiv u jirrikonoxxi d-dedikazzjoni tal-forza tax-xogħol fit-tliet snin li ġejjin.

Fl-iffirmar ipparteċipat ukoll l-Arċidjoċesi ta’ Malta, rappreżentata minn Rebecca Gatt u l-Amministratur Michael Pace Ross.

Martin Micallef esprima gratitudni għan-negozjati kostruttivi u enfasizza l-impenn tal-ftehim għall-ġustizzja u l-apprezzament għad-dedikazzjoni tal-impjegati. Riccarda Darmanin faħħret in-negozjati u rringrazzjat lis-Shop Stewards għad-dedikazzjoni tagħhom, filwaqt li Rebecca Gatt enfasizzat l-importanza li tiġi rikonoxxuta l-kompetenza tal-ħaddiema eżistenti filwaqt li jiġu attirati talent ġdid.

Imwaqqfa fl-1965, Id-Dar tal-Providenza jipprovdi servizzi residenzjali lil 115-il persuna b'diżabilità. Il-Ftehim Kollettiv il-ġdid jirrifletti l-impenn għal ambjent ta' appoġġ għall-persunal dedikat tal-istituzzjoni.

More in Socjali