Iż-żejjed kollu żejjed - KSU

Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) saħaq li l-istudenti tal-Univesitá ta’ Malta jinsabu inkwetati li l-eżamijiet ta’ Jannar se jkunu posposti minħabba n-nuqqas ta' qbil fuq pakkett finanzjarju għall-ħaddiema tal-Univesitá

Inkwiet fl-Universitá minħabba l-possibiltá li jiġu posposti l-eżamijiet
Inkwiet fl-Universitá minħabba l-possibiltá li jiġu posposti l-eżamijiet

Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) saħaq li l-istudenti tal-Univesitá ta’ Malta jinsabu inkwetati li l-eżamijiet ta’ Jannar se jkunu posposti. 

Din il-kwistjoni ddur ma’ pakkett ġdid finanzjarju għall-ħaddiema tal-Universitá, li għadu ma ntlaħaq l-ebda qbil dwaru. 

Il-KSU qal li għalkemm hemm laqgħa skedata għal għada u jintlaħaq qbil, xorta jrid ikun hemm l-approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi, li jista’ jieħu aktar ħin. 

“Il-karba tal-istudenti waqgħet fuq widnejn torox” hekk kif din is-sitwazzjoni qed tkun ta’ detriment fuq l-istudenti universitarji li jinsabu mħassba li jiġi posposti l-eżamijiet li għandhom iseħħu f’Jannar. 

Il-KSU beda petizzjoni sabiex tiġi solvuta din il-kwistjoni, u lesta tieħu azzjoni jekk ma jintlaħaqx ftehim fuq il-pakkett finanzjarju. 

Il-KSU qed jgħid ukoll li se jsejjaħ rally għall-istudenti sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-istudent. 

More in Socjali