Inħarġu 32,801 kontravenzjoni fl-2023

Transport Malta (TM) kompliet iżżid l-infurzar fit-toroq tul is-sena 2023, fejn inħarġu total ta’ 32,801 kontravenzjoni u 6000 multa amministrattiva; ġew ikkonfiskati 570 vettura, 376 escooter u 15-il number plate

Transport Malta (TM) kompliet iżżid l-infurzar fit-toroq tul is-sena 2023, fejn inħarġu total ta’ 32,801 kontravenzjoni. 

Skont statistika maħruġa minn TM, madwar 6,000 multa amministrattiva ġew imposti fuq min wettaq xi ksur tas-sigurtà fit-toroq. 

L-Awtorità kkonfiskat numru sostanzjali ta’ vetturi, fosthom 570 karozza, 376 escooter, u 115 -il number plate. 

Saru numru ta’ roadside inspections, uħud li saru b’kollaborazzjoni mal-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg (DIER), u l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA).

Is-sena li għaddiet 2023, kienet ittieħdet inizjattiva proattiva notevoli mill-Awtorità qabel il-bidu tas-sena skolastika sabiex jiġi żgurat fluss tat-traffiku bla xkiel f’każ ta’ inċidenti fit-toroq. Transport Malta pprovdiet servizz ta’ tow-truck b’xejn u assistenza peress tat-taqsima tal-muturi tagħha. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, is-Sur Jonathan Borg, esprima l-apprezzament tiegħu għall-kisbiet notevoli tal-Awtorità fil-ħolqien ta’ toroq aktar sikuri għal kulħadd.

More in Socjali