Vapur tal-Gozo Channel mhux se jopera tul Jannar

Il-kumpanija tal-Gozo Channel se tkun qed topera mingħajr wieħed mill-bastimenti tagħha, l-MV Malita, matul ix-xahar ta’ Jannar kollu peress li se jkun għaddej minn servizzi ta’ manutenzjoni 

Il-kumpanija tal-Gozo Channel se tkun qed topera mingħajr wieħed mill-bastimenti tagħha, l-MV Malita, matul ix-xahar ta’ Jannar kollu. Il-vapur se jkun għaddej minn servizzi ta’ manutenzjoni fid-’drydocks’ mid- 9 ta’ Jannar sat-30 ta’ Jannar 2024. 

Matul dan iż-żmien, il-kumpanija se topera fuq skeda temporanja għall-vapuri l-oħra, li se tkun disponibbli fuq il-websajt tal-Gozo Channel.

Il-kumpanija skużat ruħha għal kull inkonvenjent, u żiedet li hija impenjata li tipprovdi servizzi siguri u affidabbli bejn Malta u Għawdex

More in Socjali