83% tal-popolazzjoni Maltija sidien ta’ djarhom

Fl-edizzjoni tal-2023 tal-pubblikazzjoni interattiva "Housing Europe" ġie żvelat li 82.6% tal-popolazzjoni Maltija huma sidien ta’ djarhom, filwaqt li 17.4% jgħixu fil-kera

F’Malta, 82.6% tal-popolazzjoni huma sidien ta’ djarhom, li jindika preferenza għal sjieda ta’ proprjetà, filwaqt li 17.4% jgħixu fil-kera. 

Dan ġie żvelat fl-edizzjoni tal-2023 tal-pubblikazzjoni interattiva "Housing Europe". 

Paragun mal-medja tal-popolazzjoni Ewropea, żvelat li 69% tal-popolazzjoni tal-UE huma sidien ta’ djar, filwaqt li l-31% jikru. 

L-istudju żvela li 69% tal-popolazzjoni Ewropea huma sidien ta’ djarhom, differenza ta’ 20% bejn l-medja Ewropea u dik Maltija. Rigward il-kiri tal-propjeta, 31% tal-medja Ewropea jikru propjeta, dan iffiser differenza ta’ 14% bejn il-Maltin u medja Ewropea. 

Dan jallinja lil Malta aktar mill-qrib man-nazzjonijiet tal-Lvant tal-Ewropa b’rati għoljin ta’ sidien ta’ darhom. B’mod komparattiv, il-Latvja, tirrifletti mill-qrib ix-xejra ta’ Malta, bi 83.1% tal-popolazzjoni li hija sid ta’ propjetà.

Il-pajjiżi fl-Ewropa tal-Lvant urew rati ogħla ta’ sjieda ta' dar, bir-Rumanija fuq quddiem, b'total ta’ 95%. Is-Slovakkja (93%), il-Kroazja (91%), u l-Ungerija (90%). 

Mill-banda l-oħra, fil-Ġermanja il-kiri kien aktar prevalenti, bi 53% tal-popolazzjoni tgħix f'akkomodazzjonijiet mikrija. 

L-Awstrija (49%) u d-Danimarka (40%) segwew l-istess fit-tendenza tal-preferenza tal-kiri. 

More in Socjali