46 sena mill-qtil politiku ta’ Karin Grech

Kieku kienet għadha ħajja Karin Grech kienet tagħlaq 61 sena

 

Kien it-28 ta' Diċembru ta' 46 sena ilu meta ntemmet ħesrem il-ħajja tat-tfajla Karin Grech, li kien għad kellha 15-il sena.

Fl-1977, Karin Grech kienet fid-dar tal-ġenituri tagħha f’San Ġwann meta rċevew ittra li kienet imgeżwra bħala rigal, hekk kif nzerta li kien għeluq snina u marret tiftħu, iżda rriżulta li din kienet ittra bomba u konsegwentament ħasdet il-ħajja taż-żagħżugħa li mietet ftit ħin wara li waslet l-isptar San Luqa, minħabba l-ġrieħi li kienet ġarrbet ta’ ħruq estensiv.

Il-każ seħħ fi żmien ta’ tensjoni politika waqt strajk tat-tobba. Missier Karin kien wasal lura Malta mill-Ingilterra bil-għan li jagħti sehmu fil-qasam tal-kura.

It-tabib Paul Chetcuti Caruana, eks deputat Laburista wkoll kien irċieva pakkett b’ittra bomba iżda l-bomba ma ħaditx.

Bosta kienu dawk li sellmu l-memorja ta’ Karn Grech. Illum il-ġurnata kien ikollha 61 sena.

Waqt intervista estensiva li kienet għamlet il-gazzetta ILLUM mal-awtur u l-ġurnalist Dione Borg dwar il-ktieb li ppubblika li jitratta ħajjet l-eks PM u President Emeritus Eddie Fenech Adami, dan sostna illi mhu veru xejn li Fenech Adami kien qal illi kien jaf min qatel lil din it-tifla, kif għadu jkun akkużat sal-lum.  

More in Socjali