ABBA: Huwa insult kbir ħafna li tniżżlet il-bandiera Maltija

Fi stqarrija, l-partit tal-ABBA qal li huwa insult kbir li tniżżlet il-bandiera Maltija u minfloka ttellgħet tal-Ukrajna

Fi stqarrija, l-partit tal-ABBA qal li huwa insult kbir għall-poplu Malti li tniżżlet il-bandiera Maltija minn mal-faċċata tal-bini tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea fil-Belt Valletta u minfloka ttellgħat dik tal-Ukrajna. 

Ivan Grech Mintoff, il-kap tal-ABBA stqarr li "Il-wisq anti-demokratika u Federalista Unjoni Ewropea,  mmexxija minn Von der Leyen, Roberta Metsola u sħabhom jidru li ddeċidew min wara darna, li Malta issa hija parti mill-Ukrajna!" 

Grech Mintoff saħaq li huwa ta’ affront lill-Maltin, poplu li jisisti fuq id-drittijiet sovrani sħaħ tiegħu li jinkludu li jibqa' newtralità, barra mill-gwerer ta' ħaddieħor u jaħdem biss u b'mod attiv għall-paċi.

Huwa kompla jgħid li bħala ċittadin Malti marbut ugwalment mill-Kostituzzjoni Maltija, Roberta Metsola, li hija konxja bis-sħiħ mid-drittijiet u x-xewqat tal-Maltin, trid minnufih titlob biex dan l-iżball gravi jiġi rranġat qabel ma ssir aktar ħsara lis-sigurtà ta’ Malta u lir-reputazzjoni barranija tagħna.

Bl-istess mod, Grech Mintoff insista li kemm il-Prim Ministru tagħna, mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg u kemm ix-shadow minister tal-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami, biex “jiddefendu minnifih id-drittijiet ta’ Malta u jinsistu mal-Parlament Ewropew biex jirranġaw u qatt ma jirrepetu attakk diplomatiku premeditat bħal dan fuq Malta, fejn Malta terġa tkun umiljata b’dan il-mod.”

More in Socjali