Inawgurati €7 miljuni f'apparat ta' tindif u manutenzjoni pubblika

Ġie inawgurat investiment ta’ €7 miljun b’ko-finanzjament minn fondi Ewropej f’apparat ġdid għal tindif u manutenzjoni pubblika li jinkludi 73 makkinarju bħal hook loaders, tipper vans, rough terrain utility vehicles, compact sweepers, pedestrian sweepers, fost oħrajn

Ġie inawgurat investiment ta’ €7 miljun b’ko-finanzjament minn fondi Ewropej f’apparat ġdid għal tindif u manutenzjoni pubblika li jinkludi 73 makkinarju bħal hook loaders, tipper vans, rough terrain utility vehicles, compact sweepers, pedestrian sweepers, fost oħrajn.

Il-makkinarju msemmi huwa wkoll carbon neutral għaliex jaħdem permezz tal-elettriku.

Investiment ta’ din l-għamla huwa tal-ewwel xorta tiegħu f’pajjiżna fejn tidħol l-indafa pubblika u l-manutenzjoni. Dan l-apparat ġdid, li ser ikun parti mill-flotta ta’ makkinarju li diġà tinkorpora fi ħdanha Clean Malta, mistenni jtejjeb l-effiċjenza ta’ dan is-settur kif ukoll l-ambjent b’inqas emissjonijiet.

Id-dettalji dwar dan l-investiment tħabbru f’konferenza bit-tema ‘Connecting Your Future: For a Cleaner Malta’ indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu Anthony Gatt u d-Direttur Ġenerali ta’ Clean Malta Ramon Deguara.

Bartolo rrimarka li jkun inutli naspiraw li jkollna l-isbaħ lukandi, ħwienet, bajjiet jekk ikollna pajjiż li huwa maħkum min diżubbidjenza ta’ xi wħud fejn tidħol l-indafa pubblika u l-manutenzjoni.

Waqt id-diskors tiegħu, Bonett saħaq kif dan l-investiment huwa pass importanti li ser iwassal għal era ġdida tal-indafa urbana. Huwa qal li bħala poplu rridu nkomplu nimxu f’konformità mal-impenn tal-Unjoni Ewropea u jinvesti f’modi u teknoloġiji tat-trasport ekoloġiċi biex jintlaħqu l-miri ta’ Malta għad-dekarbonizzazzjoni sal-2050.

Min-naħa l-oħra, Sultana qal li bħala amministrazzjoni pubblika qed tinħoloq kuxjenza bil-mezzi soċjali tas-Servizz Pubbliku sabiex il-pubbliku inġenerali japprezza x-xogħol siewi li jkun qed isir. 

More in Socjali