Jingħataw 1181 kontravenzjoni waqt spezzjoni ta' traffiku f' Novembru

1181 kontravenzjoni nħarġu minn Transport Malta f'Novembru wara li ġew spezzjonati 2370 vettura

Fi sforz proattiv biex tiġi żgurata s-sikurezza u l-konformità fit-toroq, il-Motorcycle Unit, Vehicle Inspectorate Unit, and Operations Response Unit ta' Transport Malta wettqu serje ta’ spezzjonijiet fit-toroq matul Novembru.

L-ispezzjonijiet saru f'65 triq, li fihom ġew spezzjonati total ta' 2370 vettura.

Waqt l-ispezzjoni, ingħataw 1181 kontravenzjoni u nħarġu total ta' 476 akkuża bħala parti mill-ispezzjonijiet ta' infurzar. L-impenn għas-sikurezza fit-toroq wassal għal 61 vettura li ġew kkonfiskati jew itteħdulhom il-pjanċa tar-reġistrazzjoni tagħhom.

Ir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet jenfasizzaw l-impenn ta’ TM sabiex jiżamm ambjent tat-traffiku sigur.

TM saħqet permezz ta' post fuq il-midja soċjali li l-Awtorità tħeġġeġ sewwieqa jkunu aktar responsabbli fit-toroq Maltin u li se tkompli żżomm ruħha impenjata sabiex tassigura toroq sikuri. 

More in Socjali