Tħabbret il-mewt ta’ Pawlu Curmi mill-Belt; jew aħjar kif kien magħruf, l-Pampalun jew r-Re tal-Karnival, fl-età ta’ 92 sena.
Pawlu, kien raġel bi tbissima fuq fommu li żgur kont tarah fil-Karnival qalb il-briju u x-xalar fit-toroq tal-Belt.
Pawlu kien wkoll meqjus bħala missier il-Karnival.
Il-Pampalun twieled f’Diċembru 1930 u huwa l-iżgħar fost disa’ subien, kien miżżewweġ lil Doris Zarb u kellu żewġt itfal.
Pawlu beda jieħu sehem fil-Karnival mill-1950 u kien anke ħoloq il-kumpanija tiegħu; Paul Curmi & Christopher Caruana Carnival Dance Company’. Huwa kien involut fil-futbol u anke ta sehmu biex titwaqqaf ir-Regatta Club f’Marsamxett, kif ukoll kien żeffien u jdoqq il-mużika.
Bosta kitbu s-sentiment tagħhom fuq il-midja soċjali fejn sellmu l-memorja ta’ Pawlu Curmi.