Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru u s-Sibt 4 ta’ Novembru, raġel b’nazzjonalità doppja, Maltija u Amerikana, irnexxielu jasal f’Kajr, l-Eġittu.
Huwa beda dan il-vjaġġ bosta sigħat qabel bl-assistenza tal-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Iżrael, Cecilia Attard Pirotta, l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Eġittu, Roberto Pace, u r-Rappreżentant tal-Gvern Malti fil-Palestina, Franklin Aquilina.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ilu għaddej għal diversi ġimgħat b’ħidma mal-Gvern Amerikan, sabiex dan il-Malti jkun evakwat mill-Gaża.
Il-familjari rrangrazjaw lill-Gvern Malti u lill-Ministeru talli jinstab qawwi u sħiħ.