Numru ta' titjiriet affettwati wara inċident fl-ajruport

Ir-runway prinċipali tinsab miftuħa mill-ġdid, iżda xi titjiriet xorta waħda jista' jkun li għadhom affettwati minħabba l-inċident

Is-Sibt waranofsinhar seħħ inċident fuq ir-runway prinċipali tal-ajruport, liema inċident kien jinvolvi ajruplan żgħir u affettwa numru ta' titjiriet.

Fi stqarrija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, intqal li l-inċident seħħ għall-ħabta ta' 12:19pm. 

Minnufih, ħaddiema mit-tim tas-salvataġġ u n-nirien tal-ajruport stess marru fuq il-post, u hawn ġie kkonfermat li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.

Il-ħaddiema tal-ajruport ikkordinaw mal-istakeholders relevanti sabiex tinfetaħ mill-ġdid ir-runway prinċipali, hekk kif din kellha tingħalaq minħabba l-inċident.

Ftit tal-ħin wara permezz ta' stqarrija oħra, intqal li s-sit tal-inċident ġie indirizzat u r-runway reġgħet infetħet. 

Kawża ta' dan, jidher li numru ta' titjiriet ġew affettwati. Wieħed jista' jara liem titjiriet intlaqu mill-inċident hawn.

More in Socjali