Malta tista' tistenna l-bidu tat-temp tal-Ħarifa lejn l-aħħar ta' din il-ġimgħa, hekk kif l-Uffiċċju Meteoroloġiku qed tbassar li t-temperatura fil-gżejjer Maltin mistennija tonqos.
Minkejja t-temperaturi ftit sħan li esperjenzat Malta fl-aħħar jiem, qiegħed jitbassar li nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jkunu ġranet bir-riħ, fejn f'dawn il-jiem it-temperatura tinżel għal 20°C.
Intant, nhar it-Tnejn meta tiftaħ is-sena skolastika ġdida, qed jiġi mbassar li l-pajjiż se jesperjenza ħalbiet tax-xita iżolati, fejn purnata wara, it-temperatura mistennija tinżel għal 18°C.
Ix-xita mistennija tkompli tul il-ġimgħa d-dieħla, hekk kif jidher li t-temp sħun tas-sajf se jkun qed jiġi fi tmiemu dalwaqt.