6,200 metru kwadru ta' aħdar se jinbidel f'appartamenti fil-Kalkara

Ir-residenti qed jopponu dan il-proġett minħabba t-telfa ta' spazju aħdar u possibilità ta' għargħar meta jiġu mibnija l-appartamenti 

Fuq: Il-veduta ta' kif inhi ż-żona approvata għall-iżvilupp preżentament. Isfel: Kif se jkunu mqassma l-appartamenti futuri
Fuq: Il-veduta ta' kif inhi ż-żona approvata għall-iżvilupp preżentament. Isfel: Kif se jkunu mqassma l-appartamenti futuri

Is-Sovraintendenza għall-Patrimonju Kulturali (SCH) approvat il-bini ta' 88 appartament fi spazju aħdar ta' 6,200 metru kwadru, fil-Kalkara. Skont rapporti maħruġa minn MaltaToday, din l-approvazzjoni saret meta s-SCH ġie provdut b'photomontages - ritratti ta' kif tidher iż-żona qabel l-iżvilupp flimkien ma' ritratt ta' kif se jkun jidher meta jitla' l-bini - hekk kif kellha tħassib meta ġie approvat inizjalment fl-2012. 

MaltaToday irrappurtat li wara li ġew analizzati dawn ir-ritratti s-SCH ikkonkludiet li dan l-iżvilupp mhux se jkollu impatt fuq il-patrimonju kulturali ta' pajjiżna jew il-veduti tal-Port il-Kbir. Dan minkejja li sa ftit ġimgħat ilu s-Sovraintendenza kienet imħassba dwar dan l-iżvilupp u l-"intensità tiegħu, li inevitabbilment se timpatta l-ambjent urban f'Żona ta' Konservazzjoni Urbana (UCA, fil-Karkara." 

Is-SCH ordnat li kull ħidma li ssir f'dik iż-żona għandha tiġi mmonitorjata minn arkeologu hekk kif din tinsab qrib żona oħra li għandha potenzjal arkeoloġiku. 

Madankollu, ir-residenti qed jopponu dan il-proġett minħabba t-telfa ta' spazju aħdar u ta' biodiversità. Lil hinn minn hekk huma qed joġġezzjonaw ukoll minħabba possibilità ta' għargħar minħabba n-nuqqas ta' ħamrija, li normalment tassorbi x-xita. 

More in Socjali