Titħabbar il-mewt ta’ Carmen tal-Greenfields

Carmen mietet fl-età ta’ 75 sena

Dalgħodu tħabbret il-mewt tal-kantanta Maltija, Carmen Tanti, magħrufa bħala Carmen tal-Greenfields.

Carmen mietet fl-età ta’ 75 sena.

Carmen flimkien mar-raġel tagħha Joe Tanti, kif ukoll il-ħabib tagħhom Charles Bajada kienu ffurmaw The Greenfields.

Tanti tibqa’ mfakkra għal bosta kanzunetti popolari Maltin li kantat flimkien ma' żewġha Joe, fosthom Il-Karozzin, Il-Vapur tal-Art u l-Banda ta' Indri.

Hija kienet attiva wkoll fil-parroċċa ta' Santa Venera.

 

More in Socjali