Il-bajja tal-Balluta, popolari kemm mal-Maltin u anke mat-turisti, issa hija mill-ġdid tajba għall-għawm.
Ħabbar dan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika.
Fi stqarrija, id-Direttorat avża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul l-aħħar jiem, iż-żona tal-għawm Balluta (Madwar il-klabb tal-Waterpolo hija tajba għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Kien ftit aktar minn ġimgħa ilu meta ħareġ avviż kontra l-għawm f'din il-bajja minħabba kontaminazzjoni.