Estiż it-trasport b’xejn għall-anzjani għall-qadjiet bażiċi ta’ kuljum

Aktar minn elf telefonata fix-xahar għal dan is-servizz

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Miachel Farrugia ħabbar li d-Dipartiment se jkompli jwessa’ s-servizz Silver-T. Dan is-servizz joffri trasport b’xejn lill-anzjani biex dawn jitwasslu għall-qadi essenzjali bħal banek, kliniċi, kunsilli lokali, knisja u oħrajn.

Barra minn hekk se jibda’ proġett pilota fejn il-Mosta, in-Naxxar u Ħal Għagħur se jingħaqdu f’żona waħda. Eventwalment, dan is-servizz se jiġi estiż madwar Malta u Għawdex kollha. Għal dan l-għan, għadha kif ħarġet sejħa għall-offerti għal vannijiet elettrċi tal-passiġġieri bisex jintuzaw f’kull żona.

Ta’ min wieħed isemmi li d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jirċievi ’l fuq minn 1,000 telefonata fix-xahar għal dan is-servizz.

Anzjani interessati għadhom jibbukkjaw mhux aktar tard minn jumejn qabel u mhxu aktar kmieni minn lett ijiem sabel, fuq in-numru tat-telefon 21695544. Is-servizz opera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-sebgħa’ ta’ filghodu sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Għal aktar informazzjoni ful dan is-servizz wieħed jista’ will iżur is-sit elettroniku fun www.activeageing.gov.mt.

More in Socjali