Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta' Croce Bonaci, wieħed mill-aqwa dulċiera f'Malta li ismu huwa sinonimu wkoll mal-Belt Valletta.
Huwa l-fundatur tal-kumpanija Bonaci Caterers.
Għal dawn l-aħħar xhur, Croce Bonaci kien marid b'tumur li kien fi stadju avvanzat ħafna. Kien ħuh Herman Bonaci li spjega dan waqt intervista b'rabta mal-maratona li ttellgħet għat-tieni Dar Bjorn.
Fil-fatt, għal dawn l-aħħar ġimgħat, kien qed jingħata l-għajnuna u l-kura bis-saħħa ta' Dar Bjorn.
Fl-istess intervista kienet tkellmet martu li faħħret il-ġenerożità u anke l-bżulija ta' żewġha.