Filmat | Philip Vella jippreżenta CD lill-Papa b'kanzunetta li kiteb dwaru fl-eqqel tal-pandemija

Il-kanzunetta bit-titlu 'Rajt Raġel' tirrakkonta l-velja, li saret fir-Randan tal-2020 fl-eqqel tal-pandemija fejn il-Papa kien waħdu fil-Pjazza tal-Vatikan

Il-kompożitur Malti Philip Vella kellu laqgħa speċjali mal-Papa Franġisku fejn ippreżentalu CD bil-kanzunetta li kien kiteb dwaru bit-titlu 'Rajt Raġel.'

Il-kanzunetta tirrakkonta l-velja, li saret fir-Randan tal-2020 fl-eqqel tal-pandemija. Dakinhar il-Papa Franġisku mexxa dan il-mument ta' talb, li xxandar madwar id-dinja, fil-Pjazza San Pietru vojta kompletament.

Il-Papa kien akkumpanjat biss mix-xita.

Il-kliem ta' din il-kanzunetta ġejjin minn poeżija li kiteb il-poeta Taljan Giuseppe Messe u li qalibha għall-Malti l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.

F'intervista ma' Rome Reports, Philip Vella qal kif l-għada li nieda l-kanzunetta, irċieva telefonata mingħand l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede, Frank Zammit u ħeġġu biex jippreżenta CD lill-Papa b'din il-kanzunetta.

Dan il-mument seħħ u Vella ddeskrivih bħala wieħed mill-għeżeż mumenti fil-karriera tiegħu.

More in Socjali