L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona joħroġ mill-isptar

Huwa rringrazzja lil dawk kollha li talbu għalih fl-aħħar jiem

L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ilbieraħ filgħaxija ħareġ mill-Isptar Mater Dei.

Fi stqarrija l-Kurja tal-Arċisqof qalet li huwa jinsab lura fir-residenza tad-Dar tal-Kleru f'Birkirkara.

Il-Ħadd li għadda l-Arċisqof Scicluna ħabbar li l-Isqof Cremona kien iddaħħal l-isptar u ħeġġeġ lill-insara biex jitolbu għalih.

Aktar tard il-Kurja qalet li l-Arċisqof Emeritu kellu bżonn operazzjoni minuri f'qalbu iżda li kien jinsab f'kundizzjoni medika tajba.

L-Isqof Cremona kien Arċisqof ta' Malta bejn l-2007 u l-2014.

Fi stqarrija, il-Kurja qalet li l-Arċisqof Cremona rringrazzja lil dawk kollha li talbu għalih fl-aħħar jiem.

More in Socjali