Kważi 80,000 jieħdu t-tieni doża - mill-ġdid l-ebda imwiet fl-aħħar 24 siegħa

55 każ ġdid u 45 persuna ifiqu ...

Sa issa kważi 80,000 persuna - preċiżament 78,139 - ħadu it-tieni doża, bin-numru totali ta' dożi mogħtija jibqa' tiela' għal 259,272. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa Malta kellha 55 każ ġdid ta' Covid-19 minn total ta' 1,803 swab tests u 45 persuna li fieqet, biex it-total ta' każi attivi issa huwa ta' 588. 

Intant għal darba oħra din il-ġimgħa ma kienu rreġistrati ebda imwiet kawża tal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa. 

 

More in Socjali