'Se nkomplu ngħinu biex festivals bħal Mużika Mużika jitniżżlu fil-kalendarju kulturali'

Il-PM jilqa' lir-rebbieħ tal-festival li sar fl-aħħar tmiem il-ġimgħa, Glen Vella

Il-PM Abela jilqa' lil Glen Vella Kastilja
Il-PM Abela jilqa' lil Glen Vella Kastilja

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lil Glen Vella, ir-rebbieħ tal-Festival Kanzunetta Maltija ‘Mużika Mużika’.

Robert Abela tenna li dan il-festival qed iservi ta’ pjattaforma prestiġjuża għal mużika bil-lingwa Maltija u jagħti opportunità lil kantanti, awturi u kompożituri lokali jesebixxu t-talenti tagħhom.

Huwa kkonkluda li l-Gvern se jkompli jagħti r-riżorsi kollha neċessarji biex dawn it-tip ta’ festivals jibqgħu jitniżżlu fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna.

More in Socjali