Kważi 200 każ ġdid, 89 ifiequ ... u l-imwiet jersqu lejn it-300

L-għoti tat-tieni doża jiżdied b'700 fl-aħħar 24 siegħa - 55,709 dożi b'kollox mogħtija sa issa 

In-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 illum reġgħu telgħu għal 199 każ ġdid minn total ta' 3,207 swab tests.  Dan filwaqt li 89 persuna fieqet biex it-total ta' każi attivi issa huwa ta' 2,425. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa madwar 700 persuna ingħataw it-tieni doża, biex b'kollox sa issa 17,843 persuna ngħatat it-tieni doża u b'kollox ingħataw total ta' 55,709 dożi ta' vaċċin kontra l-Covid-19. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa mietet persuna oħra, anzjan ta' 74 sena, li kienet pożittiva għall-Covid-19. 

More in Socjali