Filmat | Duet spontanju bejn Joseph Calleja u Andrea Bocelli fil-Mellieħa

Bocelli bħalissa jinsab Malta flimkien mal-familja tiegħu hekk kif qed jiffilmjaw għal proġett li se jkun qed iniedi fil-ġimgħat li ġejjin

Għidli x'jibqa' fik tkun qed tiekol f'ristorant u fil-mejda ta' ħdejk ikun għaddej duet bejn Joseph Calleja u Andrea Bocelli?

Hekk ġara lbieraħ f'ristorant fil-Mellieħa. Waqt li kienu bilqiegħda għall-ikel, Calleja u Bocelli qabdu jkantaw il-kanzunetta Perfect ta' Ed Sherran.

Bocelli bħalissa jinsab Malta flimkien mal-familja tiegħu hekk kif qed jiffilmjaw għal proġett li se jkun qed iniedi fil-ġimgħat li ġejjin.

Fost oħrajn, Bocelli deher ħiereġ mill-Kon Katidral ta' San Ġwann u anke deher biswit il-Barrakka ta' Fuq.

Bocelli kien ukoll mistieden fl-2017 u fl-2019 biex ikanta waqt il-kunċert annwali ta' Calleja fuq il-Fosos tal-Furjana.

More in Socjali