Ritratti | Jinstab qabar Puniku intatt waqt studji fuq żona għall-iżvilupp fiż-Żejtun

Is-sejba saret viċin Triq tal-Barrani

L-iskeletru li nstab fil-qabar
L-iskeletru li nstab fil-qabar

Il-ġimgħa li għaddiet, waqt studji arkeoloġiċi li kienu qed isiru fuq żona li fiha se jsir żvilupp, viċin Triq tal-Barrani, fiż-Żejtun, instab qabar Puniku li fih għad hemm skeletru intatt u anke xi oġġetti tal-fuħħar.

Fuq Facebook, is-Sovritendenza għall-Patrimonju Kulturali qalet li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed isiru aktar studji fuq l-iskeletru biex ikun magħruf jekk hux ta' raġel jew ta' mara, kemm kellha l-persuna meta mietet, jekk kinitx marida u anke tagħrif ieħor.

Arkeoloġi u speċjalisti oħra se jkkunu qed inaddfu l-bqija tal-qabar u anke jistudjaw il-fuħħar li nstab.

Is-Sovritendenza se tibqa' attenta għal kwalunkwe xogħlijiet li jsiru fiż-żona.

L-iskeletru u anke l-oġġetti tal-fuħħar li nstabu fil-qabar
L-iskeletru u anke l-oġġetti tal-fuħħar li nstabu fil-qabar
L-iskeletru u anke l-oġġetti tal-fuħħar li nstabu fil-qabar
L-iskeletru u anke l-oġġetti tal-fuħħar li nstabu fil-qabar

 

The Superintendence would like to clarify on the locality of the site. The tomb was discovered on the boundary between...

Posted by Superintendence of Cultural Heritage on Wednesday, 18 November 2020

More in Socjali