Ismijiet ta' infermiera Maltin se jkunu ppreżentati lill-Papa Franġisku

Delegazzjoni tal-MUMN tinsab il-Vatikan għall-Udjenza Ġenerali mal-Papa

Illum, delegazzjoni tal-MUMN, il-Unjin għall-Infermiera u l-Qwiebel, tinsab il-Vatikan għall-Udjenza Ġenerali mal-Papa Franġisku.

Il-Unjin, irrappreżentata, fost oħrajn mill-President Paul Pace u mis-Segretarju Ġenerali Colin Galea, se jippreżentaw lill-Papa l-unformi tagħhom.

Fuq din l-informi hemm il-firma ta' ħafna mill-infermiera Maltin li huma frontliners importanti fil-ġlieda kontra l-pandemija.

Jakkumpanjahom hemm l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit.

Normalment, l-Udjenza Ġenerali ssir kull nhar ta' Erbgħa fi Pjazza San Pietru iżda bħalissa, minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19, qed issir fuq skala ħafna iżgħar, fi Pjazza San Damaso, fil-Belt tal-Vatikan.

More in Socjali