Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:00pm, fekruna oħra, ir-raba’ waħda għal din is-sena, telgħet tbid fil-bajja tal-Għadira u dan wara li fekruna oħra, għamlet l-istess fuq l-istess bajja l-ġimgħa li għaddiet.
Uffiċjali tal-Awtorita Maltija għall-Ambjent u r-Riżordi u anke ta’ Nature Trust Malta, ħadu ħsieb li jagħlqu din il-bejta biex tkun protetta.
Storbju u dawk eċċessiv huma fost l-aktar affarijiet li ma jagħmlux ġid u li jistgħu jwasslu biex il-bajd, jew ħafna minnu, ma jfaqqasx.
Bħalissa f’Malta hawn tliet bejtiet, filwaqt li 85 bajda faqqsu fl-ewwel jiem ta’ Awwissu mill-bejta fuq ir-Ramla l-Ħamra.