Tliet każi ġodda ta' Covid-19 bi tnejn ikunu ħaddiema f'Mater Dei

Ma jkunu reġistrati l-ebda persuni li fiequ fl-aħħar 24 siegħa ...

Fl-aħħar 24 siegħa, minn total ta' 1,241 test rriżultaw tliet każi pożittivi għall-Covid-19 għal total issa ta' 67 każ attiv.  Intant ma kienu reġistrati l-ebda persuni li fiequ mill-vajrus fl-aħħar jum.

Dawn huma:  Raġel Malti li kellu kuntatt mal-omm u l-bint li ssemmew ilbieraħ u li rriżultaw fil-pożittiv kif ukoll żewġ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu fil-ward fejn instabu xi każi ta' nies pożittivi għall-Covid-19 diġa'.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet illi fl-ewwel każ ir-raġel ma kellux sintomi filwaqt li l-ħaddiema tas-saħħa t-tnejn kellhom sintomi, wieħed ta' deni, sogħla u uġigħ ta' ras u l-oħra kellha griżmejha u uġigħ fil-ġogi.  Gauci qalet illi sa issa kien hemm 30 każ ta' Covid-19 fl-Isptar.

Intant is-Supretendent ħabbret ukoll li raġel ta' 72 sena li kien qiegħed l-ITU bil-ventilator illum tħalla jitlaq id-dar, aħbar deskritta bħla waħda pożittiva.

 

 

More in Socjali