Jiżdiedu b'120 is-sodod f'Għawdex għall-pazjenti bil-COVID-19

Dan wara li l-anzjani li ienu residenti fis-sala Sant’Anna f’dan l-isptar ġew trasferiti f’lukanda fir-Rabat

Minkejja li fl-aħħar jiem in-numri ta’ każi ġodda ma kienx wieħed kbir, il-ħidma tal-awtoritajiet tas-saħħa ma waqfitx biex is-sistema tas-saħħa tkun tiflaħ għal kull eventwalità.

Fil-fatt, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, is-sodod għal pazjenti li jistgħu jimirdu bil-COVID-19 żdiedu għal 120.

Dan wara li l-anzjani li ienu residenti fis-sala Sant’Anna f’dan l-isptar ġew trasferiti f’lukanda fir-Rabat.

Il-binja, li kapaċi tilqa’ 20 anzjan ieħor, ġiet mgħammra bl-esiġenzi kollha ħalli sservi ta’ dar għall-anzjani filwaqt li kapaċi wkoll toffri servizzi tajba u ta’ kumdità. 

More in Socjali