L-Arċisqof jappella għas-salvataġġ tal-Immigranti li jinsabu fiż-żona tas-salvataġġ Maltija

Jisħaq li dan huwa obbligu legali fundamentaliu anke imperattiv morali li majistax jiġi nnegozjata, jew tittieħed

L-Arċisqof Charles Scicluna appella biex dawk il-persuni li jinsabu fiż-żona ta’ Tfittxija u Salvataġġ Maltija jiġu salvati waqt li saħaq li s-sigurtà tagħhom għandha dejjem tkun garantita.

Monsinjur Scicluna għamel dan l-appell fuq Twitter fejn insista li huma obbligu legali fundamentali li dawn il-persuni jitniżżlu f’post sigur u jiġu salvati.

Ma waqafx hemm. Insista li hemm ħtieġa morali li ma tistax tiġi nnegozjata, jew tittieħed.

Il-ġimgħa li għadda, il-Gvern iddeċieda li mhux se jaċċetta aktar immigranti f’Malta minħabba l-imxija tal-Covid-19.

Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern Malti ħa d-deċiżjoni li ma jaċċettax iżjed immigranti fil-Gżejjer Maltin minħabba l-imxija tal-coronavirus. Grupp ta’ 70 immigrant li ddaħħal il-ġimgħa li għaddiet kellu jkun l-aħħar wieħed.

Fl-aħħar sigħat il-Gvern Malti kien involut f’laqgħat mal-Libja, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u Franza fejn wassal b’mod formali l-pożizzjoni tiegħu dwar l-immigrazzjoni.

Spanja u l-Italja għalqu l-portijiet tagħhom ftit tal-jiem qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni Maltija.

Hu mifhum li matul it-taħditiet ġie spjegat kif il-virus ħoloq sfidi għal Malta, speċjalment fuq il-qasam tas-saħħa u l-infurzar tal-liġi. 

Madanakollu hemm diversi dgħajjes bl-immigranti fil-Mediterran b’waħda minnhom inqalbet ilbieraħ. Għadu mhux magħruf kemm kien hemm persuni fuqha u x’sar mill-immigranti.

More in Socjali