L-omm bil-coronavirus twelled tarbija b'saħħitha

Peress li l-omm għadha pożittiva għall-virus, kif spjegat is-Supretendent tas-Saħħa, it-tarbija għalissa tiġi sseparata mill-omm

L-omm li daħlet biex twelled fl-isptar u rriżultat pożittiv għall-coronavirus welldet tarbija b'saħħitha.

Ħabbar dan, fuq Facebook, it-Tabib Frank Portelli li spjega kif it-tarbija sarulha t-testijiet u rriżultat negattiv għall-virus.

Professjonisti u anke l-awtoritajiet tas-saħħa spjegaw, fl-aħħar jiem, li tarbija fil-ġuf ma tistax tittieħed mill-virus.

Kumplikazzjonijiet jistgħu jinqalgħu jekk l-omm, li tkun għadha qed iġorr it-tarbija f'ġufha, ikollha deni għoli.

Peress li l-omm għadha pożittiva għall-virus, kif spjegat is-Supretendent tas-Saħħa, it-tarbija għalissa tiġi sseparata mill-omm.

More in Socjali