Vera li Madonna se tkanta waqt is-serata tal-Eurovision? Daqt inkunu nafu....

Il-biljunarju Iżraeljan Sylvan Adams aċċetta li jħallas l-ispejjeż kollha hu biex Madonna tmur Tel Aviv tkanta waqt l-ispettaklu tal-Eurovision...

Madonna, Reġina tal-Pop...
Madonna, Reġina tal-Pop...

Rapporti diversi qed jgħidu illi r-Reġina tal-mużika 'Pop', Madonna, mistennija tiffirma biex tieħu sehem fil-Eurovision li se jsir f'Tel Aviv f'Mejju li ġej. 

Diversi rapporti fuq il-midja fl-Iżrael qed jgħidu illi l-biljunarju Iżraeljan Sylvan Adams qed joffri li jħallas l-ispejjeż, biex Madonna tkanta fl-ispettakklu, kollha hu. 

Danny Ben Naim, li jaħdem ma' Adams qal illi diskussjonijiet għaddejjin 24 siegħa kuljum man-nies ta' Madonna, bi qbil jidher li se jintlaħaq fil-ġranet li ġejjin. 

More in Socjali